Mara ta’ 42 sena mill-Imqabba, qed issofri minn ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-09:10 fi Triq Ħal Farruġ, l-Imqabba.
Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li l-mara ta’ 42 sena tilfet il-kontroll tal-vettura tal-għamla Toyota Passo li kienet qiegħda ssuq, bil-konsegwenza li ħabtet f’arblu u f’ħajt.
Il-mara ngħatat l-ewwel għajnuna minn tim mediku u wara ttieħdet b’ambulanza l-Isptar Mater Dei. Hemmhekk, hija ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.