Illejla f’laqgħa tal-eżekuttiv nazzjonali tal-Partit Laburista ġew approvati b’mod unanimu l-membri tal-amministrazzjoni tal-partit.
Dan wara li kien hemm nomina waħda għal kull kariga.
B’hekk issa nħatru uffiċjalment fil-kariga rispettiva tagħhom Ramona Attard bħala President, Louis Gatt bħala Viċi-President, William Lewis bħala Segretarju Organizzattiv u Marc Vella Bonnici bħala Segretarju Internazzjonali.
Fi stqarrija l-Partit Laburista awgura lill-amministrazzjoni l-ġdida għal aktar ħidma biex il-Partit Laburista jkompli jkun l-ixprun ta’ aktar xogħol li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin.