L-amministrazzjoni tal-Partit Laburista approvata b’mod unanimu – One News

Notifiki

L-amministrazzjoni tal-Partit Laburista approvata b’mod unanimu

Illejla f’laqgħa tal-eżekuttiv nazzjonali tal-Partit Laburista ġew approvati b’mod unanimu l-membri tal-amministrazzjoni tal-partit.

Dan wara li kien hemm nomina waħda għal kull kariga.

B’hekk issa nħatru uffiċjalment fil-kariga rispettiva tagħhom Ramona Attard bħala President, Louis Gatt bħala Viċi-President, William Lewis bħala Segretarju Organizzattiv u Marc Vella Bonnici bħala Segretarju Internazzjonali.

Fi stqarrija l-Partit Laburista awgura lill-amministrazzjoni l-ġdida għal aktar ħidma biex il-Partit Laburista jkompli jkun l-ixprun ta’ aktar xogħol li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin.

 

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Awguri hbieb ta dak kollu li taghmlu ghall partit.Dan qed taghmluh ghall Malta taghna.Sehibkhom fl ideal laburista.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend