In-nutar Omar Caruana nħeles mill-akkużi ta’ frodi, wara li fl-elfejn u ħmistax kien ġie kkundannat sena ħabs fuq akkużi ta’ frodi meta kien teżorier tal-banda ta’ Lourdes f’Raħal il-Ġdid.
Il-każ seħħ fl-elfejn u għaxra meta huwa nstab ħati li flimkien ma’ rappreżentanti oħra tal-każin għamel qligħ b’qerq minn fuq dahar tliet persuni oħra, wara li ffirma ċekkijiet li ma jissarfux.
Caruana qal li ma kienx jiċċekkja l-kont tal-bank tal-banda għax kien jaf li qed jagħmel il-qliegħ il-bar tal-każin, iżda ma kienx jaf li s-Segretarju ma baqax ipoġġi l-qligħ tal-bar f’dak il-kont.