L-istudenti tal-ħames sena fl-Iskola Primarja ta’ Birkirkara rebħu l-premju tal-Aqwa Proġett fil-Komunità tal-Kunsill Malti għall-Arti.
Dan il-proġett bl-isem ta’ Nimxu Mixja nkluda fih mixi madwar din il-lokalità fejn l-istudenti kellhom ċans isiru jafu aktar dwar l-affarijiet li hemm u kien hemm ġewwa Birkirkara.
L-Assistent Kap ta’ din l-iskola Mariella Zigic qalet kif dan il-proġett qalet li biex kisbu dan il-premju ħadmu ħafna.
“Naħseb jien dan il-proġett kien opportunità kbira, li ta leħen lit-tfal, iżda anke ġabar lill-kommunità ta’ Birkirkara”
L-istudenti ma qagħdux lura juru s-sodisfazzjon tagħhom dwar kemm tgħallmu
“Bih sirna nafu lil Birkirkara u lil madwar it-toroq tagħna”
“Ħadt pjaċir nitgħallem dan kollu għax qatt ma kont naf, ħafna minnhom ma kontx naf x’kien u ħadt pjaċir nitgħallem affarijiet ġodda”
Żewġ studenti oħra qalulna kemm dan il-proġett għen l-ambjent.
“Jien ifisser ħafna għalija għax jien li nimxi, apparti li huwa eżerċizzju nħobb nimxi miegħu anke nara t-toroq b’għajnejja iktar aħjar milli narahom mill-karozza”
“Ifisser ħafna għalija għax inħobb nimxi milli noqgħod fil-karozza għax inkun nista nosserva l-affarijiet”