BIL-FILMAT: Jason Azzopardi jgħid li sejjer jorqod wara li sfiduċja lill-Kap għat-tielet darba – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Jason Azzopardi jgħid li sejjer jorqod wara li sfiduċja lill-Kap għat-tielet darba

Wara li sfiduċja lill-Kap Nazzjonalista Adrian Delia għat-tielet darba f’ġimgħa, id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qal lill-midja li sejjer jorqod.

 

Fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu, Jason Azzopardi ħareġ mid-Dar Ċentrali flimkien ma’ David Thake u ftit warajh deher Chris Said, id-deputat li ressaq mozzjoni ta’ sfiduċja f’Delia fil-grupp parlamentari Nazzjonalista l-ġimgħa l-oħra.

Jason Azzopardi ta l-ġurnalisti l-lejl it-tajjeb fl-isfond ta’ laqgħa mill-aktar taħraq tal-eżekuttiv u li fiha l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia tilef vot ta’ fiduċja ieħor f’organu differenti tal-Partit.

Fil-fatt il-Kap tal-Partit tal-maduma tilef il-vot b’47 membru tal-eżekuttiv kontrih u 36 membru favurih. Membru ieħor għażel li jastjeni.

Jason Azzopardi meqjus wieħed mill-uċuh prominenti tal-fazzjoni Busuttil u wieħed mil-famużi 17 Blue Heroes, kien wieħed mid-19-id deputat li sfiduċja l-Delia fil-laqgħa tal-Grupp Parlamentari tat-Tlieta.

Jason Azzopardi sfiduċja l-Kap Adrian Delia anki meta ġie mistoqsi mill-President tar-Repubblika.

Minkejja li jitfa’ l-istqarrijiet tad-deputati li sfiduċjawh fuq il-profil tiegħu fuq facebook, wara aktar minn ġimgħa li sfiduċja l-Kap tiegħu, Azzopardi baqa’ qatt ma ddikjara b’mod uffiċjali l-vot tiegħu kontra Adrian Delia.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend