BIL-FILMAT: Imġedda sħubija strateġika bejn Centrecom u Servizz.gov – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Imġedda sħubija strateġika bejn Centrecom u Servizz.gov

Ġiet mġedda sħubija strateġika bejn centrecom u servizz.gov.  Dan il-ftehim ser jara li jiġi żgurat l-għoti ta’ servizz ta’ kwalità ogħla minn dak li qed jingħata.

Filfatt tul is-sena l-oħra ġew sodisfatti sitt mitt elf klijent li ċempel għal xi mistoqsija jew problema.

Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar innota wkoll kif fil-bidu li beda jingħata servizz kien hawn ħames ċentri reġjonali iżda llum f’pajjiżna hawn tlieta u għoxrin ċentru.

Dan filwaqt li ħames snin ilu kien jingħata mitejn u ħamsin servizz u llum qed hemm elf u mitejn servizz minn post wieħed.

“B’mod tanġibbli diġa rajna l-ħames snin li għaddew x’sarraf.  Issarraf f’servizz pubbliku li minn wieħed problematiku  u anke ‘issue’ politika fl-elfejn u tlettax, illum il-ġurnata huwa servizz pubbliku li jirbaħ l-‘awards’, imma l-ikbar sodisfazzjoni ikun li biddilna s-servizz pubbliku fih innifsu.” 

Il-Kap taċ-Ċivili fisser kif is-sena l-oħra, l-app ta’ servizz.gov ġiet imniżżla tlieta u għoxrin elf darba.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend