Ġimgħa qabel il-Milied xi ħadd se jgħolli t-Tazza tad-Dinja 2022 – One News

Notifiki

Ġimgħa qabel il-Milied xi ħadd se jgħolli t-Tazza tad-Dinja 2022

Il-FIFA ddeċiedet li t-Tazza tad-Dinja li jmiss ġewwa l-Qatar se tintlagħab bejn it-Tnejn 21 ta’ Novembru u l-Ħadd 18 ta’ Diċembru 2022.

L-ewwel logħba se tintlagħab ġewwa l-grawnd ta’ Al Bayt, filwaqt li l-finali tat-Tazza tad-Dinja se ssir ġimgħa qabel il-Milied ġewwa l-grawnd ta’ Lusail. Dan tal-aħħar jesa’ 80,000 spettatur.

Il-fażi tal-gruppi ser tintlagħab fi żmien 12-il jum, fejn kull nazzjon se jkollu tlett ijiem bejn logħba u oħra. Imbagħad bejn it-3 u l-18 ta’ Diċembru se ssir il-fażi kompetittiva, fejn se tiddetermina r-rebbieħ ta’ din il-kompetizzjoni prestiġjuża.

Dan tħabbar mill-FIFA, sentejn wara li l-Franċiżi għollew it-trofew tat-Tazza tad-Dinja, meta rebħu kontra l-Kroażja ġewwa fl-edizzjoni li saret ġewwa r-Russja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend