Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, qed jinforma lill-pubbliku, biex ma jikkunsmax il-ġelat li d-ditta tiegħu ġġib l-isem Smiles Slimex u li jinbiegħ fil-volumi taż-żewġ litri.
Dan hekk kif f’informazzjoni addizzjonali li rċieva mingħand il-kumpanija involuta hemm il-possibilità ta’ preżenza ta’ biċċiet tal-plastik fl-istess prodotti.
Smiles informat lid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali li anki l-ġelat ta’ togħmiet Dessert Ripple u Strawberry Ripple li ġew immanifatturati f’lottijiet differenti u li għandhom dati ta’ durabbilità minima kollha sa, imma eskluż it-13.01.2022 u d-dati ta’ wara, m’għandhomx jiġu kkunsmati.
Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ wara nofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.
Il-pubbliku huwa mistieden ukoll iżur il-paġna tal-Facebook tal-istess Direttorat fuq https://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-DirectorateMalta/145027878928626?ref=hl jew iżur is-sit uffiċċjali għal informazzjoni simili.