Anzjana ta’ 80 sena qed ssofri minn ġrieħi gravi wara li kienet involut f’inċident tat-traffiku fil-Gżira.
L-inċident seħħ illum fi Triq San Albert, għall-ħabta tad-09:20 ta’ filgħodu.
Minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li l-mara ntlaqtet minn vettura tat-tip Nissan li kienet qiegħda tinstaq minn mara
ta’ 49 sena residenti Tas-Sliema.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-anzjana l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura
meħtieġa fejn aktar tard hija ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qegħdin jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.