BIL-FILMAT: Adrian Delia jgħid li l-aħħar vot ta’ sfiduċja fih ma jwassal għal imkien – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Adrian Delia jgħid li l-aħħar vot ta’ sfiduċja fih ma jwassal għal imkien

Adrian Delia saħaq li l-vot ta’ sfiduċja li ttieħed fil-konfront tiegħu fil-laqgħa tal-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista ma jwassal għal imkien u huwa biss vot dikjaratorju.

Huwa qal dan meta kien qed jirreferi għal klawsola fl-istatut li tgħid li jridu jgħaddu minn tal-inqas sentejn biex titressaq mozzjoni oħra ta’ sfiduċja fil-Kap tal-Partit Nazzjonalista, fil-Kunsill Ġenerali.

Delia saħaq dan fuq l-għatba tad-Dar Ċentrali ftit qabel is-sagħtejn ta’ bil-lejl wara laqgħa tal-eżekuttiv li damet madwar seba’ sigħat.

Il-Kap Nazzjonalista qal li min wassal il-vot ta’ sfiduċja fih fl-eżekuttiv kien jaf li dan il-vot mhu se jwassal għal imkien wara li falla t-tentattiv mal-President tar-Repubblika.

Delia żied jgħid li jiddispjaċih li fil-Partit Nazzjonalista għad hemm min ma tagħlimx li jekk ma tirrispettax ir-rieda tan-nies, allura verament m’aħna se nagħmlu l-ebda progress.

Fil-laqgħa tal-eżekuttiv, Delia tilef vot ta’ fiduċja li ttieħed b’mod sigriet wara diversi protesti min-naħa ta’ Delia stess li aċċenna li l-vot ma kellux jittieħed minħabba li ma kienx fuq l-aġenda tal-laqgħa.

Meta mistoqsi mill-ġurnalisti, dwar il-futur tiegħu, Adrian Delia qal li r-rieda tat-tesserati li eleġġewh bħala Kap għandha tkun irrispettata mill-istrutturi kollha tal-Partit Nazzjonalista.

Fakkar ukoll li sena ilu huwa rebaħ vot ta’ fiduċja fost il-kunsilliera li vvutaw fil-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Fil-fatt sqaq ma’ jwassal għal imkien…Dawn dejjem l-istess, meta jkunu ser jegħrqu iġibu x-xjuħ tal-partit!! Qabel l-elezzjoni tal-2013 għall-aħħar meeting kienu ġabu lil Fenech Adami! (Issa ħalliha li bħala ex-president tar-Repubblika dan lanqas biss suppost resaq ‘l hemm – imma dawn għalihom kollox leċitu)!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend