Ix-xhud tgħid li l-vittma kienet qed tibża’ għall-ħajjitha – One News

Notifiki

Ix-xhud tgħid li l-vittma kienet qed tibża’ għall-ħajjitha

Waqt il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-każ ta’ Justin Borg, mixli li qatel lill-eks sieħba tiegħu f’Ħaż-Żabbar fi Frar li għadda nstema’ li l-vittma ttollerat l-imġiba abbużiva tal-akkużat sakemm skopriet li qalibielha.

Il-kuġina ta’ Chantelle Chetcuti xehdet li qabel it-twelid tat-tfal ta’ Chetcuti u Borg, l-akkużat kien jheddidha li jagħmel overdose jekk qatt titilqu.

Fil-Qorti ħareġ li Chetcuti sofriet minn vjolenza domestika tant li jiem qabel il-jum traġiku, Chetcuti affaċċjat episodju vjolenti ieħor.

Ix-xhud qalet ukoll li darba minnhom kienu qed jippjanaw mawra sa Għawdex u l-vittma bagħtet messaġġ fejn qalet “jekk nibqa’ ħajja.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend