Ikkapparrawlu l-kamra tal-Parlament u qed jiltaqgħu fiha biex ikomplu jikkonfoffaw kontrih – One News

Notifiki

Ikkapparrawlu l-kamra tal-Parlament u qed jiltaqgħu fiha biex ikomplu jikkonfoffaw kontrih

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia jinsab urtat li ta’ Therese Comodini Cachia kkapparraw il-kamra tal-Parlament tal-Oppożizzjoni.

Delia kien iħobb ilaqqa’ l-grupp parlamentari tiegħu fil-kamra tal-Oppożizzjoni fil-binja tal-Parlament iżda issa dawk li sfiduċjawh ħadu l-kamra f’idhom u qed jiltaqgħu hemm.

B’hekk nifhmu li Delia kien kostrett li ma jkunx jista’ jorganizza laqgħat fil-kamra tal-Oppożizzjoni fil-Parlament.

Il-laqgħat qed tmexxihom Therese Comodini Cachia u fihom ikun hemm deputati Nazzjonalisti li sfiduċjaw lil Delia.

Il-laqgħat konfoffi mill-fazzjoni ta’ Simon Busuttil komplew isiru u jiddiskutu l-mossi li jmiss wara ġimgħa mindu sfiduċjaw lil Kap Adrian Delia.

Fil-laqgħat ntlemħu esponenti ewlenin mill-fazzjoni kontra Delia u oħrajn li ġew ma’ din il-fazzjoni fosthom Kristy Debono.

David Thake, wieħed mill-vuċijiet u li jwassal il-messaġġi ta’ dawk li sfiduċjaw lil Delia qed ikun ukoll wieħed mid-deputati ewlenin li jipparteċipa f’dawn il-laqgħat.

Ta’ QabelLi Jmiss

3 Comments

  1. Il-poplu jrid joqgħod attent min dawn għax dawn ma jirrispettaw lil ħadd u lil xejn. Lilhom infushom biss kif dejjem kienu.

  2. L-arroganza sfaccata ta’ dan il-grupp ta’ ribelli Nazzjonalisti mahruqin hija xi haga tal-ghageb, imma mistennija. Bhala s-segwaci ta’ DFG (rip) huma qed ikomplu fejn kienet halliet hi, jigifieri attitudni diviziva, arroganza mimlija hdura u mibgheda, u t-twemmin zbaljat li huma xi krejaturi specjali, ahjar minn haddiehor u ghalhekk bi dritt sagrosant li jiddettaw u jigvernaw huma. Din hi mentalita u attitudni skaduta li hi mistmherra minn kull Malti u Ghawdxi ta’ rieda tajba.

    1. Onor Comodini Cachia jekk dawk li semmew fil parlament dak li jaghmel il parties u jitlob kamra u jghum u jiekol sajf shih u l iehor avukat li kien jaghti pariri lill kumpaniji tas sur fenech huma parti mill grupp tieghek lesta li tkeccihom bhal ma trid taghmel lil delia.Onor said u buttigieg se jitolbu li jitkeccew.Naraw se taghmel comodoni cachia.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend