Notifiki

Futur inċert għal Hamed Kone ta’ Gżira United

Hamed Kone jista’ ma jibqax jilgħab ma’ Gzira United matul l-istaġun li ġej. Dan ikkonfermah il-kowċ Darren Abdilla waqt l-edizzjoni tat-Tnejn tal-program L-Argument Ikompli fuq One Radio. Abdilla sostna li minkejja l-potenzjal li jipposedi l-plejer, matul l-istaġun li għadda huwa naqas milli jimpressjona f’ħafna mill-partiti tat-tim u f’dan l-istadju mhuwiex ċert jekk il-plejer jibqax jifforma parti mill-iskwadra tat-tim.

Abdilla sostna li l-plejer ser ikun qed jingħata ċans itejjeb l-prestazzjonijiet tiegħu qabel ma tittieħed deċiżjoni finali. 

 Il-midfielder offensiv bla dubju jibqa’ mfakkar għal gowl mill-isbaħ li skorja sena ilu kontra Hajduk Split, liema gowl kien henn lill-Gżira United jikkwalifikaw għal rawnd ieħor fil-UEFA Ewropa League.   

Ritratt: Domenic Borg

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend