F’Malta tiżdied il-produzzjoni industrijali fl-eqqel tal-pandemija – One News

Notifiki

F’Malta tiżdied il-produzzjoni industrijali fl-eqqel tal-pandemija

Bejn April u Mejju li għadda, fl-eqqel tal-pandemija, il-produzzjoni industrijali ta’ pajjiżna żdiedet bi tliet fil-mija.

Dan ħareġ minn statistika maħruġa mil-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat.

Din l-istatistika turi wkoll li bejn Mejju li għadda u Mejju tas-sena l-oħra, pajjiżna kellu t-tieni l-inqas tnaqqis fil-produzzjoni industrijali wara l-Finlandja.

L-istatistika turi wkoll li bħala medja, madwar iż-żona ewro, ir-riżultati kienu aktar minn erba’ darbiet agħar minn dawk f’Malta.

Il-Eurostat tinnota li fil-Ġermanja, pereżempju, kien hemm tnaqqis ta’ tlieta u għoxrin fil-mija fil-produzzjoni industrijali.

L-agħar riżultat kien fl-Islovakkja b’telf t’aktar minn tlieta u tletin fil-mija.

Fi stqarrija l-Gvern fakkar sa ftit żmien ilu, l-Islovakkja kellha l-istess rating ‘A+’ bħal pajjiżna, imma fl-aħħar xhur sofriet tnaqqis fil-klassifikazzjoni tal-ekonomija tagħha.

Bil-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika, il-Gvern naqqas l-ispejjeż għall-fabbriki fejn fost l-oħrajn qed jagħti għajnuna fuq il-krijiet u spejjeż oħra ta’ taħriġ u tiġdid fil-produzzjoni.

Dan apparti li b’allokazzjoni ta’ €400 miljun, il-Gvern ħabbar li ser ikun qiegħed jagħmel l-akbar investiment fl-istorja fl-infrastruttura industrijali ta’ pajjiżna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend