Tmut Kelly Preston, mart John Travolta, fl-età ta’ 57 sena mill-kanċer tas-sider – One News

Notifiki

Tmut Kelly Preston, mart John Travolta, fl-età ta’ 57 sena mill-kanċer tas-sider

L-attur mondjali John Travolta ikkonferma li martu Kelly Preston tilfet il-battalja tagħha kontra l-kanċer tas-sider.

Travolta ħabbar dan fuq Instagram u qal li martu tilfet din il-battalja wara li kienet ilha tiġġieled għal sentejn sħaħ.

Hu saħaq li tul din il-battalja Preston baqgħet kuraġġuża bl-imħabba u s-sapport ta’ dawk ta’ madwarha.

L-attriċi Preston li kellha biss 57 sena żammet id-dijanjożi tal-kanċer tas-sider privata u ma xerrditiex mal-pubbliku.

Preston dehret fil-films popolari Jerry Maguire u Twins flimkien ma’ Tom Cruise u Arnold Schwarzenneger.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend