Sfiduċjat lil Delia biex titħabbeb ma’ ta’ Busuttil – One News

Notifiki

Sfiduċjat lil Delia biex titħabbeb ma’ ta’ Busuttil

Persuni qrib l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia għadhom qed jippruvaw iniżżluha kif d-deputati Nazzjonalisti Kristy Debono u Hermann Schiavone tradew lil Delia u sfiduċjawh.

Sorsi fid-Dar Ċentrali qalulna li wieħed mill-ikbar dispjaċiri u diżappunti ta’ Adrian Delia huwa li Debono u Schiavone tradewh u vvutaw kontrih.

Sorsi qalulna li Kristy Debono ivvutat kontra Adrian Delia għax ma ħafritilux li ma iddefendiex biżżejjed lilha u lil żewġha Jean Pierre Debono.

F’Ottubru illi għadda Jean Pierre Debono kellu jirriżenja minn koordinatur politiku tal-Partit Nazzjonalista, wara sajf jaħraq ta’ ġlied bejn il-fazzjoni Busuttil u l-fazzjoni ta’ Delia.

Filwaqt li fi Frar ta’ din is-sena Kristy Debono rriżenjat minn President tal-Kunsill Ġenerali.

Jidher li l-koppja Debono dejjem stenniet li Adrian Delia se jiddefendihom aktar, għax huma ħadmu qatigħ sabiex Delia jilħaq Kap.

Il-fazzjoni Busuttil ma tantx għandhom grazzja ma’ Kristy u Jean Pierre Debono.

Filfatt huma kienu irriżenjaw mill-karigi tagħhom fl-amministrazzjoni tal-Partit, f’tentattiv sabiex Adrian Delia jipprova jgħaqqad il-Partit.

Sorsi qalulna li la ħallsu prezz bil-kariga tagħhom, Kristy Debono ingħaqdet mad-deputati tal-fazzjoni Busuttil, u sfiduċjat lil Delia. Dan anki jekk d-deputati tal-fazzjoni Busuttil ma kinux iniżżlu ta’ Debono.

L-istess sorsi fid-Dar Ċentrali qalulna li Kristy Debono użat dan il-vot sabiex titħabbeb mal-fazzjoni Busuttil.

Dan f’kuntest li Kristy Debono tixtieq tikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss iżda taf li jekk Adrian Delia jitlef l-elezzjoni ġenerali u jkollu jwarrab, hi m’għandiex futur twil fil-Partit Nazzjonalista.

Minn naħa tiegħu f’kummenti ma’ ONE News ,Hermann Schiavone qal li huwa sfiduċja lil Adrian Delia sabiex il-Partit Nazzjonalista jieħu r-ruħ.

“Favur li l-partit jieħu r-ruħ.” Qal Schiavone.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend