Raġel isofri ġrieħi gravi wara li waqa’ sular minn sit ta’ kostruzzjoni fin-Naxxar – One News

Notifiki

Raġel isofri ġrieħi gravi wara li waqa’ sular minn sit ta’ kostruzzjoni fin-Naxxar

Raġel ta’ 51 sena mis-Siġġiewi sofra ġrieħi gravi wara li weġġa f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq il-Katakombi fin-Naxxar.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10 ta’ filgħodu u minn stħarriġ preliminari jidher li r-raġel waqa’ għoli ta’ mafwar sular.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lil vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend