Mixli li ħareġ filmat sesswali mingħajr il-kunsens tas-sieħba – One News

Notifiki

Mixli li ħareġ filmat sesswali mingħajr il-kunsens tas-sieħba

Raġel ta’ 50 sena mill-Imtarfa nżamm arrestat wara li tressaq il-qorti akkużat b’abbuż sesswali fuq is-sieħba tiegħu, li kienu ilhom f’relazzjoni għal aktar minn 20 sena.

Huwa ġie akkużat ukoll li bejn il-lejl ta’ 22 u 23 ta’ Ġunju kkometta ġrieħi ħfief fuqha.

Ir-raġel kien akkużat ukoll b’rikatt, hekk kif allegatament ħa jew żvela xi ritratt jew filmat sesswali privat mingħajr il-kunsens tagħha.

Huwa wieħeb mhux ħati.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend