Mijiet t’eluf jivvutaw f’Hong Kong għall-Oppożizzjoni – One News

Notifiki

Mijiet t’eluf jivvutaw f’Hong Kong għall-Oppożizzjoni

Qed jiġi rraportat li mas-600,000 persuna ivvutaw fl-elezzjoni primarja li organizzat l-Oppożizzjoni f’Hong Kong matul it-tmiem il-ġimgħa li għadda.

In-nies ikkonkorrew minkejja s-sħana qawwija, in-numru ta’ infezzjonijiet ġodda ta’ COVID-19 u t-twissijiet mill-Gvern li l-elezzjoni qed issir kontra l-liġi.

Il-vot sar għaxart ijiem wara li ċ-Ċina imponiet liġi ta’ sigurtà ġdida fir-Reġjun ta’ Hong Kong, liema liġi qanqlet diversi protesti.

Din l-elezzjoni hija maħsuba sabiex tappunta numru ta’ kandidati favur id-demokrazija għall-elezzjoni li se ssir f’Settembru li ġej.

Il-Kamp tal-Oppożizzjoni qed jittama li jikteb l-istorja u jikseb il-maġġoranza fil-parlament.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend