Mara ssofri ġrieħi gravi wara li ġiet milquta minn karozza fis-Swieqi – One News

Notifiki

Mara ssofri ġrieħi gravi wara li ġiet milquta minn karozza fis-Swieqi

Mara ta’ 57 sena mis-Swieqi sofriet ġrieħi gravi wara li ġiet milquta minn karozza.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-16:30 fi Triq il-Ħemel u minn stħarriġ preliminari rriżulta li l-mara kienet milquta minn karozza tat-tip Toyota Vitz.

Din il-karozza kienet qed tinstaq minn mara ta’ 26 sena minn San Ġwann.

Il-vittma’ ngħatat l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħdet b’ambulanza l-Isptar Mater Dei.

Hemmhekk, hija ġiet iċċertifikata li qed ssofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend