Mario Ellul ta’ 43 sena ma nstabx ħati li kkaġuna feriti ta’ natura ħafifa fuq l-eks sieħba tiegħu.
Il-każ ġara fis-17 ta’ Mejju 2019 fl-għassa ta’ Birżebbuġa.
Huwa kien qed jiġi akkużat li mingħajr il-ħsieb li joqtol jew li jqiegħed il-ħajja tagħha f’periklu ċar, ikkaġuna feriti ta’ natura ħafifa fuq l-eks sieħba tiegħu.
Fis-sentenza, l-Maġistrat Joseph Mifsud qal li l-qorti mhix f’qagħda li serenament tista’ ssib ħtija fl-imputat minħabba li l-prosekuzzjoni ma rnexxiliex tipprova l-każ tagħha.
Għaldaqstant, huwa ġie illiberat minn kull akkuża.
Għall-akkużat dehru l-avukati Veronique Dalli u Dean Hili.