“Il-PN partit tan-nejk immexxi minn buffu” – Salvu Mallia – One News

Notifiki

“Il-PN partit tan-nejk immexxi minn buffu” – Salvu Mallia

L-eks kandidat Nazzjonalista Salvu Mallia sejjaħ imbeċilli lill-ħdax-il deputat nazzjonalista li ivvutaw favur Adrian Delia sabiex jibqa’ Kap Nazzjonalista.

“Imbeċċili r-raġuni hija ovvja dan ir-raġel qiegħed hemm biex ikisser.” Qal Mallia.

F’kummenti bit-telefon, Salvu Mallia, li kien leali ħafna lejn Simon Busuttil, tant li ikkontesta għall-elezzjoni ġenerali meta l-Partit Nazzjonalista kien imexxi miegħu, fisser is-sodisfazzjoni li ħass x’ħin Delia ġie sfiduċjat.

“Kont sodisfatt mela meta ivvutaw kontrih? Żgurissimu. Kont ilni ngħidilhom x’intom tistennew.” Kompla jgħid Mallia.

Salvu Mallia irrakkonta kif fl-aħħar protesta li mar, kien tkellem ma’ deputati Nazzjonalisti mill-fazzjoni tal-eks Kap Simon Busuttil, u kien qalilhom biex ineħħu lil Adrian Delia.

Lill-organizzaturi tal-protesta għalihom sabiex jorganizzaw protesta barra d-Dar Ċentrali.

Hu stqarr, “U wara li kien hemm id-diskors mort fuq Karol u David u għidtilhom kif ma neħħejtux lil dak għax qed ikisser lil Malta. Sibt l-organizers u għidtilhom the next protesta missha ssir barra d-Dar Ċentrali għax l-ħsara minn hemm qed issir.”

Qalilhom li b’Adrian Delia għandhom Kap buffu.  

“Jien kull ma ridt imur ngħidilhom kemm intom partit tan-nejk għadhom b’dak il-buffu bħala leader.” Sostna Mallia.

Salvu Mallia kompla jattakka lil Kap Nazzjonalista u jisħaq li Delia jgħid il-paprati.

Mallia qal, “Jien narah m’għandux option oħra ghax jekk jitneħħa se jiġi sormu barra f’nofs ta’ triq. Xi ħadd lili irid jispjegali kif dan għandu dejn ta’ 9000 u jaqla’ paga ta’ xi 2000. Imma dan meta jiftaħ ħalqu ħlief paprati ma jgħidx.”

U jekk sa tliet snin ilu kien kandidat mal-Partit Nazzjonalista, Salvu Mallia qal li dan il-partit jista’ jitfarrak għalih.

Saħaq, “Il-PN ma jinterresani xejn. It-tesserati wisq inqas. Niġi nitnejjek mill-PN. Jistgħux jitfarku u jsiru partit ġdid.”

U f’kummenti oħra, Mallia, li Simon Busuttil kien qal li dan jitkellem mill-qalb, sejjaħ lil poplu Malti miskin u b’mentalità Għarbija.

“Il-poplu miskin jaħasra. Aħna mentalità Għarbija.” Temm jgħidilna Salvu Mallia.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Ma nafx ghaliex taghtu prominenza lil dan l-ebet ? Taghtux importanza ghax hekk irid. Injorawh. Bizzejjed ghandha buffi u pulcinelli fil-politika Maltija. Lil dan ghandna bzonn biex jilluminana.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *