Ħelsien mill-arrest wara li nstab fil-pussess tad-droga – One News

Notifiki

Ħelsien mill-arrest wara li nstab fil-pussess tad-droga

Kleaven Agius ta’ 24 sena minn Ħaż-Żabbar ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li tressaq il-qorti fuq akkużi ta’ pussess ta’ droga.

Iż-żagħżugħ ġie arrestat is-Sibt filgħaxija f’Birżebbuġa meta nstab li fil-vettura tiegħu kellu sustanza suspettata kokaina, raża u ħaxixa tal-kannabis, u flus kontanti li jammontaw għal aktar minn €12,000.

Huwa wieġeb mhux ħati.

Il-Maġistrat Ian Farrugia tah il-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €2000 u garanzija personali ta’ €3000.

Għall-akkużat deher l-avukat Ishmael Psaila.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend