ESKLUSSIVA: Isma’ lil Stephen Spiteri jistqarr li huwa astjena mal-President – One News

Notifiki

ESKLUSSIVA: Isma’ lil Stephen Spiteri jistqarr li huwa astjena mal-President

Id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri stqarr li mal-President ta’ Malta, George Vella huwa astjena.

Kien ONE News li żvela dan it-Tnejn filgħodu fuq one.com.mt wara li Spiteri kien ikkuntatjat bit-telefon u stqarr li meta ġie msejjaħ f’Sant’Anton biex juri f’min għandu fiduċja, Spiteri astjena u qal li s-siġġu parlamentari huwa tal-votanti li eleġġewh.

“Imma ma jiddispjaċikx li mort kontra rieda tat-tesserati? Jien quddiem il-President astjenejt. Għax is-siġġu mhuwiex tiegħi imma tal-votanti li tawhuli. Iddiskutejt is-sitwazzjoni filfatt jien qiegħed irreġistrat li astjenejt.” Qal Spiteri.

Stephen Spiteri kien wieħed mid-dsatax-il deputat li sfiduċja l-Kap Nazzjonalista f’laqgħa tal-grupp parlamentari nhar it-Tlieta bil-lejl.

Ma’ ONE News ikkonferma dak li kienet żvelat din il-kamra tal-aħbarijiet, jiġifieri li huwa kien fost dawk li sfiduċjaw lil Delia.

Spiteri kompla jgħid, “Jien ivvutajt fl-istrutturi tal-Partit li bil-mudell ta’ Adrian Delia l-Partit mhux jagħmel avvanzi. Turuh il-polls, m’hemmx biżżejjed nies biex nimxu ‘l quddiem. Allura bilfors kelli nagħti dak is-sinjal.”

Fi Frar illi għadda, id-deputat nazzjonalista Jason Azzopardi kien tefa’ lil Stephen Spiteri fost is-sbatax-il eroj blu ta’ kontra Adrian Delia.

Stephen Spiteri kien ċaħħadha u urta ruħu li tefgħuh f’dik il-keffa iżda ma’ ONE News qal li kien diġà beda jitlef il-fiduċja fil-Kap Adrian Delia.

“Kont ċħadtha għaliex dak iż-żmien kont naħsibha ejja naraw x se jiġri imma illum ħassejt mod ieħor.” Temm jgħid Spiteri.

 Spiteri kien meqjus bħala deputat leali lejn Adrian Delia iżda tilef il-fiduċja fih kif tilfuha wkoll id-deputati Kristy Debono u Hermann Schiavone

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Ħawwadni ħa nifhmek! Imma allura ma setax astjena mill-bidu? Dawn tal-pn l-elite li mingħalihom mingħajrhom ma nimxux?! U ħalluna kwieti ja qabda snobs u mmermra minn ġewwa. . (Mhux għat-tabib Spiteri qed nirreferi ta-dak niskanta kif qiegħed magħhom).

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend