Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia mar fuq l-istazzjon televiżiv tiegħu u qal lid-19 -il deputat li sfiduċjawh, li d-deċiżjoni tal-President għandha tiġi rispettata minn min jemmen fis-saltna tad-dritt.
Delia qal, “Id-deċiżjoni tal-President għandha tiġi rispettata minn kull min jemmen fis-saltna tad-dritt f’pajjiżna.”
Delia qal li hu għażel li jibqa’ sieket fil-konfront ta’ dawn id-dsatax-il deputat.
“Minn meta deputati marru għand il-President talbuh ineħħini. Il-kariga minni kienet titlob kawtela b’rispett lejn il-President.” Kompla jgħid Delia.
Fisser kif dawn kienu jiem ta’ uġigħ.
“Fl-aħħar ġranet mifnija b’uġigħ.” Saħaq Delia.
Lid-deputati li sfiduċjawh, Delia qalilhom li se jibqa’ għaddej.
“Intenni determinazzjoni tiegħi li bħala kap tal-oppożizzjon nagħti l-energija u saħħti.” Temm jgħid Delia.