Dawk li sfiduċjaw lil Delia jattakkaw lill-President – One News

Notifiki

Dawk li sfiduċjaw lil Delia jattakkaw lill-President

Ftit wara li spiċċa d-diskors tiegħu Adrian Delia, id-dsatax-il deputat li sfiduċjaw lil Adrian Delia ħarġu stqarrija li fiha attakkaw lil President tar-Repubblika.

Huma qalu li se jibqgħu determinati li jġibu l-bidla meħtieġa fil-Partit Nazzjonalista.

Qalu li għat-tieni darba f’ġimgħa ġie kkonfermat li Adrian Delia m’għadux igawdi l-fiduċja tal-maġġoranza assoluta tal-Membri tal-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista u ġie stabbilit ukoll li l-Membri Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista jridu lil Therese Comodini Cachia bħala Kap tal-Oppożizzjoni.

Qalu li huma se jibqgħu jħeġġu sabiex il-Partit Nazzjonalista ikun immexxi minn persuna ta’ integrità, serja, onesta u kredibbli.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend