It-Tnejn filgħaxija, il-Ministru għall-Intern kixef l-ipokrisija tal-Oppożizzjoni, li nnota kif kien l-istess Partit Nazzjonalista bid-deputati li hemm illum li kienu għamlu l-istess proposta li llum qed jopponu.
Fid-dokument ‘Nibnu Fiduċja Ġdida fil-Politika’ tal-2015 ġie propost eżatt dak li qed jagħmel il-Gvern, jiġifieri li wara żewġ voti biż-żewġ terzi għall-ħatra tal-President, dan jintgħażel b’maġġoranza sempliċi.
Il-Ministru Camilleri fil-Parlament stqarr, “Bidla fil-metodu fil-metodu ta’ elezzjoni ta’ President ta’ Malta minn maġġoranza sempliċi għall-maġġoranza ta’ żewġ terzi, hekk kif tkun teħtieġ il-kunsens tal-Oppożizzjoni. Jekk ma jintlaħaqax il-maġġoranza ta’ żewġ terzi, fl-ewwel żewġ votazzjonijiet tapplika r-regola ta’ maġġoranza sempliċi. Huwa purament ta’ dak li qegħdin nipproponu llum. Allura għalfejn fl-2015 favur jew tiġu b’din il-proposta u llum ħames snin wara tiġi tgħid totalment bil-kontra”