Andrzej Duda b’vantaġġ żgħir biex jerġa’ jiġi kkonfermat President – One News

Andrzej Duda b’vantaġġ żgħir biex jerġa’ jiġi kkonfermat President

Il-President tal-Polonja, Andrzej Duda jidher li rebaħ l-elezzjoni presidenzjali li saret matul il-jum tal-Ħadd, dan hekk kif stħarriġ li sar hekk kif intemmet l-elezzjoni juri li Duda rebaħ b’marġini żgħira. Stħarriġ finali li sar illum juri li l-President, alleat tal-gvern konservattiv, kiseb 51% tal-voti.

Huwa kien qed jikkontesta din l-elezzjoni kontra Rafal Trzaskowski, avversarju li ġej mill-kamp liberali. Trzaskowski kiseb 49.6% tal-voti. Intant, ir-riżultat uffiċjali għandu jitħabbar aktar tard matul il-jum.

Andrzej Duda, hekk kif kien hemm indikazzjoni li kiseb rebħa, indirizza lill-partitarji tiegħu u rringrazzja lil kull min ivvotalu. Huwa stqarr li qatt fl-istorja Pollakka ma kien hemm riżultat b’distakk daqtant żgħir.

Ir-rebħa ta’ Duda se tfisser bidliet kontroversjali fil-ġudikaturi filwaqt li drittijiet ċivili, fosthom għall-persuni LGBTIQ+ se jsibu oppożizzjoni qawwija mill-persuna li reġa’ ġie kkonfermat President tal-Polonja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend