Mal-pulizija fil-jum iddedikat lilhom – One News

Notifiki

Mal-pulizija fil-jum iddedikat lilhom

Illum pajjiżna qed ifakkar Jum il-Pulizija.

F’din l-okkażjoni il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri għamel numru ta’ żjarat f’għadd ta’ għases tal-pulizija. Dawn il-pulizija ħafna drabi jkunu minn tal-ewwel li jagħtu l-għajnuna tagħhom lil dawk li jkunu jeħtiġuha.

Il-Ministru Camilleri rringrazzjahom tal-ħidma tagħhom u saħaq li l-Gvern se jkompli jappoġġja lill-Korp tal-Pulizija li qed jiċċelebra il-206 sena mit-twaqqif tiegħu.

Flimkien mal-Kummissarju tal-Pulizija, Angelo Gafà, il-Ministru Camilleri żar ukoll l-għassa tal-pulizija fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta kif ukoll l-uffiċjali tal-border control fis-sezzjoni tal-immigrazzjoni. F’din is-sezzjoni jaħdmu kemm pulizija bl-uniformi kif ukoll ħaddiema oħra li għalkemm huma ħaddiema tal-Korp tal-Pulizija mhumiex pulizija bl-uniformi.

F’messaġġ lil kull membru tal-Pulizija, il-Ministru Camilleri qal li l-Korp huwa ħolqa importanti bil-għan li pajjiżna jinżamm sigur.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend