Jittella’ mejjet mill-baħar wara li rawh jaqa’ fil-Bajja s-Sabiħa f’Birżebbuġa – One News

Notifiki

Jittella’ mejjet mill-baħar wara li rawh jaqa’ fil-Bajja s-Sabiħa f’Birżebbuġa

Raġel ta’ 32 sena minn Ħaż-Żabbar ittella’ mejjet mill-baħar wara li xi nies rawh jaqa’.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-6:15 ta’ filgħodu fi Triq il-Bajja s-Sabiħa f’Birżebbuġa.

Xi sajjieda li kienu fuq il-post pruvaw jgħinuh iżda sfortunatament ir-raġel tilef ħajtu fuq il-post.

B’rabta ma’ dan il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Dr Caroline Farrugia Frendo.

L-istħarriġ tal-Pulizija dwar dan il-każ għadu għaddej.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend