Ċiklist ġarrab ġrieħi gravi wara li baqa’ dieħel bir-rota ġo ħajt sejjieħ – One News

Notifiki

Ċiklist ġarrab ġrieħi gravi wara li baqa’ dieħel bir-rota ġo ħajt sejjieħ

Ċiklist ta’ 31 sena mill-Latvja ġarrab ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tar-rota b’konsegwenza li baqa’ ġo ħajt tas-sejjieħ.

Il-każ seħħ għall-ħabta tat-8:30 tas-Sibt filgħaxija fi Triq Bieb ir-Ruwa, ir-Rabat.

Fuq il-post isejħet l-għajnuna ta’ tim mediku mill-isptar Mater Dei, fejn ittieħed għal aktar kura.Iktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend