Tasal f’Malta pittura ta’ Mattia Preti – One News

Notifiki

Tasal f’Malta pittura ta’ Mattia Preti

Waslet Malta l-pittura ‘Boezju u l-Filosofija’, kapolavur ta’ Mattia Preti.

Hekk kif waslet fil-port il-pittura għaddiet mid-Dwana qabel ma ttieħdet fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti, fejn se tkun qed tiġi esebita bejn is-sbatax u l-aħħar ta’ Lulju.

Hekk kif  jitlesta x-xogħol estensiv ta’ restawr fil-Palazz tal-Gran Mastru, ‘Boezju u l-Filosofija’ terġa’ ssib postha f’darha, fejn kienet oriġinarjament imdendla.

Il-pittura nxtarat mill-Gvern fi Frar li għadda u issa hija uffiċjalment taħt il-kura ta’ Heritage Malta biex titgawda mill-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri.

Bħall-artist innifsu, il-pittura għandha rabta b’saħħitha ma’ Malta, hekk kif ġiet ikkummissjonata mill-Kavallier Fra Andrea di Giovanni fis-seklu sbatax, u għamlet għexieren ta’ snin imdendla fil-Palazz tal-Gran Mastru.

Il-pittura nkisbet minn irkant fi New York grazzi għall-Fond Soċjali għall-Iżvilupp Nazzjonali.

Fi stqarrija l-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali u l-Arti qal dan kollu juri l-impenn tal-Gvern lejn il-ħarsien u t-tisħiħ tal-wirt artistiku u kulturali ta’ pajjiżna.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend