Partit ġdid qed jogħkor l-għajnejn fid-dawl tal-konfużjoni fil-PN – One News

Notifiki

Partit ġdid qed jogħkor l-għajnejn fid-dawl tal-konfużjoni fil-PN

Partit Ġdid bl-isem ‘il-Partit Popolari’ ġie approvat mill-Kummissjoni Elettorali din il-ġimgħa.  Nifhmu li dan il-Partit ser ikollu ideoloġija lemina jekk mhux waħda estrema.  Minn tagħrif li kiseb ONE News, Paul Salamone huwa rreġistrat bħala l-Mexxej, Adriano Spiteri bħala Segretarju Ġenerali u Mario Attard bħala Teżorier.

Fid-dawl tal-kriżi li għaddej minnha l-Partit Nazzjonalista u fl-eventwalità li d-19 il-deputat ikollhom jitilqu mill-Partit sabiex ikun maħtur kap tal-oppożizzjoni ġdid, din ir-reġistrazzjoni ta’ partit ġdid bl-isem ‘il-Partit  Popolari’ qed togħkor l-għajnejn.

Fil-fatt sorsi qrib tal-fazzjoni Adrian Delia għandhom ħsieb iberren f’moħħhom li dan partit jista’ jkun il-pjan B tal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil. Dan il-ħsieb kompla jqajjem rabja fost dawk ta’ Delia li ma jridux min inaqqrilhom mill-partitarji tagħhom.

Tliet ġimgħat ilu l-gazzetta Kulħadd kienet irrappurtat kif l-użu ta’ dan l-isem kien qajjem furur fil-Partit Nazzjonalista, speċjalment minħabba l-fatt li l-isem jixbaħ ħafna lil dak tal-‘Partit Popolari Ewropew’ li jagħmel parti minnu l-Partit Nazzjonalista.  Dan tant li l-approvazzjoni tal-Partit il-ġdid ħadet fit-tul sew.  Fil-fatt l-applikazzjoni daħlet għand il-Kummissjoni Elettorali f’nofs Mejju li għadda, iżda kien din il-ġimgħa li l-kummissjoni approvat l-applikazzjoni għal dan il-Partit il-ġdid.  Kien irrapportat li dan id-dewmien seta’ ġie kkawżat minn ilmenti mressqa mill-Partit Nazzjonalista kontra l-approvazzjoni.

Apparti l-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista, mal-Kummissjoni Elettorali hemm reġistrati tmien partiti politiċi oħrajn li jinkludu l-Alternattiva Demokratika, il-Partit Demokratiku, l-Alleanza Bidla, il-Partit Brain Not Ego, il-Moviment Patrijotti Maltin u Imperium Europa.

Hemm ukoll żewġ partiti oħra rreġistrati marbuta ma’ lokalitajiet: Floriana l-Ewwel u Għarb l-Ewwel.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend