Leader of the Opposition? – One News

Notifiki

Leader of the Opposition?

Qrajt pariri ta’ kollegi illustri u anke anqas. Dr Giovanni Bonello ta fehma li tieqaf sa fejn għandha tieqaf.

Jien interessajt ruħi li mmur infittex fuq il-kunċett tal-Leader of the Opposition. Dan aħna ħadnieh mill-bidu mis-sistema Ingliża, għax fuq il-kontinent ma hemmx il-kunċett ta’ membru fuq in-naħa tal-Oppożizzjoni li saħansitra jieħu ġurament tal-kariga. Fl-Italja pereżempju bhalissa l-Oppożizzjoni hija magħmula minn Salvini tal-Lega, minn Giorgio Meloni tal-Fratelli d’Italia u Berlusconi li l-anqas huwa fil-Parlament Taljan! Kull partit joħloq il-portavoce tiegħu.

Fis-sistema Anglo-sassone, il-Leader of the Opposition hija kariga istituzzjonali. Jiġifieri rikonoxxuta mill-Istat. Tant hu hekk li Leader of the Opposition għandu salarju addizzjonali għax hu leader of the opposition.

Fis-sistemi kollha tal-Commonwealth, li ħadu l-indipendenza tagħhom b’liġi mill-Parlament Ingliż, il-Leader of the Opposition huwa l-leader tal-Partit li jkollu l-aktar għadd ta’ membri eletti. Tant hu hekk li meta Kap ta’ partit fl-Oppożizzjoni jirriżenja jew ikun sfiduċjat mill-leadership tiegħu jew urewh il-bieb ta’ barra li aħjar iwarrab, wara li elezzjoni, xorta jinħatar hu għax sa dak il-mument ikun għadu l-Kap indendel fuq sieq waħda. Meta jsir il-ġdid jidħol floku. Imma mhux dak li se jitwarrab jitneħħa sakemm ma hemmx leader minn floku. Araw x’ġara ma’ Simon Busuttil qabel sabhulu job ta’ purtinar fi Brussels.

Biżżejjed li wieħed ifittex ftit fuq sistemi tal-Commonwealth qabel jitla’ fuq il-pulptu u jgħid “jien l-aqwa u nagħti l-aħjar parir”.  Pereżempju sibt dan: “The Leader of the Opposition is a title traditionally held by the leader of the largest party not in government in a Westminster System of parliamentary government.”  Sibt ukoll: “The current Leader of the Opposition is Anthony Albanese of the Australian Labor Party, following an election of the new Parliamentary Labor Leader by caucus and ALP members on 30 May 2019.Term length: While leader of the largest political …”

Sibt ħafna iżjed imma biżżejjed appetizer. Dawk is-17 soluzzjoni waħda għandhom, li jagħmlu bħal tal-oranġjo…jaqtgħu għal rashom, imma ma jistgħux jeħduha ħobla tredda’ u verġni, kif inħobb inżidha jien, bħala espert (?) legali.

Ta’ QabelLi Jmiss
Gradwat tal-Universita` ta’ Malta fil-ligi fl-1970 meta beda jaħdem ta’ avukat. Gradwat ukoll fil-Letteratura Ingliża, Latin u Filosofija mill-Universita` ta’ Londra. Aktar tard gradwat fl-Ekonomija mill-Universita ta’ Londra. Tela’ l-ewwel darba fil-Parlament 1971, u l-aħħar darba fis-sena 2003. Huwa serva ta' Ministru bejn l-1979 u 1981. Okkupa l-kariga ta' Deputy Leader tliet darbiet, meta kien hemm fit-tmexxija Duminu Mintoff, Karmenu Mifsud Bonnici u Alfred Sant. Għamel 17-il sena jattendi l-Kunsill tal-Ewropa, u kiteb rapport magħruf internazzjonalment bħala The Brincat Report, rapport li wassal għall-konvenzjoni internazzjonali fuq id-drittijiet tal-minoranzi. Illum jaħdem ta’ avukat.

1 Comment

  1. Intelliġenti u nteressanti bħal dejjem dott! Niftakru li dawn u partikolarment efa riedu anki jibdlu s-sistema tal-ġuri għax darba ħadmet kontrihom! Fejn kienu tgħid tal-hekk imsejħa soċjeta’ ċivili?? U ta venezja fejn kienu?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend