Kostituzzjoni li tirrispetta d-demokrazija interna f’partit – One News

Notifiki

Kostituzzjoni li tirrispetta d-demokrazija interna f’partit

Il-kostituzzjoni intenzjonalment ma tippermettix ħatra ta’ persuna li m’huwiex il-kap tal-partit li għandu l-maġġoranza fl-oppożizzjoni bħala Kap tal-oppożizzjoni.

Hekk stqarr l-avukat Joe Brincat li spjega kif l-artiklu 90 huwa l-istess bħal dak li kien hemm fil-kostituzzjoni mogħtija lilna mir-reġina fit-21 ta’ Settembru 1964. Spjega kif għalhekk ta ħarsa lejn l-ħatra tal-kap tal-oppożizzjoni f’pajjiżi oħra tal-Commonwealth u sab similaritajiet kbar mal-kostituzzjoni Maltija.

Dr Brivat spjega: “Il-Kanada l-kap tal-oppożizzjoni li jkun il-leader tal-akbar partit saħansitra għandu dar mogħtija mill-Gvern fejn joqgħod. Post speċjali tal-‘leader of the opposition’. Il-‘leader of the opposition’ f’pajjiżi oħra tal-‘Commonwealth’, saħansitra għandu salarju daqs ministru. Jiġifieri huwa istituzzjoni. U din torbot sakemm idum leader tal-Partit.”

Huwa saħaq li l-leġislatur għamel il-liġi b’dan il-mod minħabba li l-Ingliżi għandhom rispett kbir lejn l-istrutturi demokratiċi li jkollu kull partit u għalhekk magħmulin b’tali mod li tkun infurzata r-rieda tal-membri tal-partit.

Dr Brincat sostna: “Kif inhi l-kostituzzjoni ċara ħafna u l-ewwel vers tal-kostituzzjoni, li kien dejjem l-iskop tal-Ingliżi kull meta tqum okkażjoni biex jinħatar kap tal-oppożizzjoni, jaħtar il-leader ta’ dak il-partit, jaħtar il-leader ta’ dak il-partit. Din hija wkoll għaliex l-Ingliżi jirrispettaw id-demokrazija interna fil-partit, kif ukoll l-organizazzjonijiet.”

Filwaqt li jgħid li dawk li sfiduċjaw lil Delia għandhom għażla li jagħmlu partit għalihom u hekk ikollhom Kap tal-Oppożizzjoni, huwa esprima sentiment li d-deputati fil-fazzjoni tal-eks-kap Nazzjonalista Simon Busuttil huma magħrufa għal kemm jagħmluha tal-paladini tar-Rule of Law.

Saħaq li din l-istess saltna tad-dritt titlob li l-liġi tkun mħarsa dejjem u mhux biss meta jaqbel lilna.

Huwa qal: “Ir-rule of law titlob, u nieqfu hawn, li dawk ir-regoli anke meta jkunu skomdi għalina irridu naċċetawhom.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *