Imut l-eks plejer Ingliż Jack Charlton – One News

Notifiki

Imut l-eks plejer Ingliż Jack Charlton

Tħabbret il-mewt tal-eks plejer Ingliż u l-leġenda ta’ Leeds United Jack Charlton fl-età ta’ 85 sena.

Il-klabb ta’ Leeds ikkonferma din l-aħbar u qal li Charlton ħalla din id-dinja wara li kien ilu żmien twil marid.

Huwa lagħab 773 darba mal-klabb ta’ Leeds United f’perjodu ta’ 23 sena.

Charlton rebaħ 35 tazza mat-tim nazzjonali Ingliż u lagħab kull logħba fit-tazza tad-dinja tal-1966 meta lngliżi saru ċ-champions tad-dinja.

Huwa mexxa lill-Irlanda. Charlton rebaħ 2 tazzi tad-dinja u kampjonat Ewropew, matul l-10 snin li għamel imexxihom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend