BIL-FILMAT: Briguglio jisħaq fuq ir-regoli tal-istatut inkella jkollna liġi tal-ġungla – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Briguglio jisħaq fuq ir-regoli tal-istatut inkella jkollna liġi tal-ġungla

Michael Briguglio attakka lil min fil-Partit Nazzjonalista fi kliemu “mhux jirrispetta d-demokrazija u l-istatut.

Briguglio, li kkontesta l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew mal-Partit Nazzjonalista wara li għamel żmien imexxi l-Alternattiva Demokratika, kien parti integrali mill-fazzjoni tal-eks-kap Nazzjonalista Simon Busuttil u anki wieħed mill-fundaturi tas-Civil Society li jkunu ħaġa waħda ma’ tal-Occupy Justice.

Wara li baqa’ l-art mill-elezzjoni ta’ sena ilu, tella’ filmat fuq Facebook u talab fuq ir-rispett tar-regoli tal-istatut tal-Partit Nazzjonalista.

Brigulio stqarr: “Mingħajr ir-regoli jkun hemm il-liġi tal-Ġungla, il-liġi ta’ min hu b’saħħtu iħawwel u l-affarijiet m’għandhomx ikunu hekk.”

F’botti ċari lid-deputati li sfiduċjaw lil Delia, Briguglio żied jgħid li jekk ma nimxux mar-regoli u jekk ma nimxux mad-demokrazija nistgħu niġu f’sitwazzjoni fejn ikun hemm min jaħseb li l-Partit Nazzjonalista huwa propjetà tiegħu.

“Il-Partit huwa propjetà tal-membri tiegħu u l-Partit huwa regolat mill-istatut tiegħu. Hu min hu l-mexxej, hu min hu min jiġi elett, jew hi min hi l-mexxejja jew li tiġi eletta. Aħna rridu noqogħdu mar-regoli. U r-regoli huma ċari tal-Partit Nazzjonalista, hemm l-istatut”, saħaq Briguglio.

Stqarr li taqbel jew ma taqbilx mal-kap magħżul mill-membri tal-Partit wieħed xorta waħda irid joqgħod għar-regoli.

Dan filwaqt li kompla jgħid lil dawk id-deputati li jridu jtajru lil Kap Nazjonalista, li l-partit mhux tagħhom.

Brigulio sostna: “Mingħajr ir-regoli jkun hemm dak is-‘sense of entitlement’ illi xi ħadd jaħseb li għandu xi ċens perpetwu fuq l-organizazzjoni.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend