Notifiki

Riforma li permezz tagħha se tonqos il-ħela ta’ frott u ħaxix fil-Pitkalija

Beda l-proċess sabiex sal-aħħar ta’ din is-sena tidħol fis-seħħ ir-riforma tal-Pitkalija li se ssaħħaħ l-Governanza u t-trasparenza ta kif titmexxa l-Pitkalija f’Ta’ Qali.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Pitkalija Marc Vella Bonnici qal li dan se jwassal għal strutturi b’saħħithom, moderni u effiċjenti fil-Pitkalija.

Huwa spjega:“Rajna kif ir-riforma nżommuha mal-ħajja ta’ kuljum tal-bidwi. Bażikament aħna li qed ngħidu hu li x-xogħol kollu li se jkun qed jidħol fil-pitkalija ħa jibda jiġi labelled u se jkun hemm sistema ta’ barcodes u traceability. Labelling tal-prodotti kollha u nkunu nafu ta’ min huma u ta’ liema bidwi.”

Vella Bonnici żied jgħid li li permezz ta’ din ir-riforma se jinqatgħu għal kollox id-diversi abbużi li kienu jsiru fil-Pitkalija.

Il-Ministru Anton Refalo qal li l-bdiewa Maltin u Għawdxin ħaqqhom jieħdu l-prezz ġust għall-prodott li jkuun daħħalu fil-Pitkalija.

Huwa sostna: “B’din ir-riforma ser nieħdu ħsieb li naraw li l-bidwi u l-prodotti tiegħu li jdaħħal fil-pitkalija iġib il-prezz ġust tiegħu. Kif ukoll insaħħu l-Governanza tal-Pitkalija u t-trasparenza u naħdmu biex dak li hu tal-bidwi intuhulu.”

Huwa saħaq li b’din ir-riforma l-pitkalija se tinfetaħ għal aktar teknoloġija u metodi moderni li permezz tagħhom tonqos il-ħela ta’ frott u ħaxix.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend