Parata għall-206 annivesarju mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija – One News

Notifiki

Parata għall-206 annivesarju mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija

Kull min daħal il-Belt, il-Ġimgħa filgħodu ra preżenza ta’ pulizija iżda mhux għal xi operazzjoni sensittiva iżda għaliex il-korp kien qed jiċċelebra l-mitejn u sitt anniversarju mit-twaqqif tiegħu b’parata mill-isbaħ.

Il-parata bdiet mid-daħla tal-kapitali u spiċċat quddiem il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.

Hemm hekk saret spezzjoni tal-gwardja tal-unur tal-korp tal-pulizija mill-President ta’ Malta George Vella.

Din kienet l-ewwel ċerimonja tal-anniversarju tat-twaqqif għal Angelo Gafà bħala Kummissarju tal-Pulizija.

Iċ-ċerimonja kompliet b’quddiesa ċċelebrata minn Monsinjur Arċisqof Charles Scicluna.

Fl-omelija tiegħu huwa saħaq dwar is-servizz  li jagħtu b’tant dedikazzjoni l-pulizija.

Preżenti kien hemm ukoll il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Byron Camilleri.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend