Malta b’fost l-inqas rata ta’ mwiet fl-Ewropa – One News

Notifiki

Malta b’fost l-inqas rata ta’ mwiet fl-Ewropa

Lejliet il-jum dinji tal-popolazzjoni, l-Uffiċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat, ħareġ statistika li turi li pajjiżna għandu fost l-inqas rata ta’ mwiet fl-Ewropa.

Malta tinsab fir-raba’ post b’7.3% fuq kull elf resident wara l-Irlanda, Ċipru u l-Lussemburgu.

L-iktar pajjiż b’rata għolja ta’ mwiet huwa l-Bulgarija bi 15.5% fuq kull elf persuna segwit mil-Latvja, il-Litwanja u r-Rumanija.

Statistika tal-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika, l-NSO wriet li l-età ta’ kemm dawk li twieldu fl-2019 huma stmati li jgħixu hija ta’ 83 sena.

Dan ifisser żieda t’aktar minn sentejn u nofs mir-rata t’10 snin ilu.

Intant ħarġet ukoll statistika dwar il-popolazzjoni ta’ Malta u Għawdex li matul is-sena l-oħra kienet tgħodd ftit aktar minn nofs miljun ruħ.

Aktar minn 265,000 kienu rġiel filwaqt li aktar minn 248,000 kienu nisa.

16% tat-total tal-popolazzjoni kienu tfal filwaqt li 18% huma anzjani ta’ 65 sena jew aktar

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend