Ma nistgħux ninjoraw il-Kostituzzjoni li tgħid li Kap tal-Oppożizzjoni jrid ikun kap ta’ partit – Professur tal-liġi – One News

Notifiki

Ma nistgħux ninjoraw il-Kostituzzjoni li tgħid li Kap tal-Oppożizzjoni jrid ikun kap ta’ partit – Professur tal-liġi

Il-Professur tal-liġi, Raymond Mangion spjega kif il-Kostituzzjoni tgħid b’mod ċar li l-Kap tal-Oppożizzjoni jrid ikun Kap ta’ partit.

F’kummenti ma’ ONE News, il-Professur Mangion spjega kif skont Artiklu 90 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta, sub-artikolu 2, il-Kostituzzjoni tgħid li meta Kap tal-Oppożizzjoni jiġi biex jinħatar mill-President ta’ Malta, irid ikun Kap tal-partit.

Fl-analiżi kolta u bir-reqqa tiegħu, il-Professur tal-liġi qal li wieħed ma jistax japplika sub-artikolu 4 indipendentament mis-sub-artikolu 2 għaliex il-President ta’ Malta jkun ħatar Kap tal-Oppożizzjoni li jkun Kap ta’ partit.

Il-Prof. Mangion spjega: “Għax tgħidlek li meta jiġi biex jinħatar, jinħatar dak il-leader Kap tal-partit, tal-partit tgħid, ma tgħidlek ta’ partit politiku, tal-partit li jgawdi jew għandu saħħa numerika fil-Kamra. Allura hawnhekk wieħed irid joqgħod attent li jekk se jirrevoka taħt sub-artikolu 4, il-ħatra li tkun saret taħt is-sub-artikolu 2, wieħed ma jistax japplika s-sub-artikolu 4 indipendentament mis-sub-artikolu 2 għaliex din lilek li nkun ħtartek, inkun ħtartek bħala kap ta’ partit.”

Għalhekk il-Professur Ray Mangion saħaq fuq il-koerenza u ma nistgħux inħallu sub-artikolu wieħed jew ieħor anki għaliex l-artiklu 90 tal-Kostituzzjoni jagħti kronoloġija tal-ewwel il-ħatra u r-revoka tal-Kap tal-Oppożizzjoni.

Huwa tenna: “Meta jiġi biex jitneħħa għalkemm ir-referenza tal-partit ma sseħħx, jekk huwa l-istess persuna li meta nħatar kien inħatar bħala kap ta’ partit u l-Kostituzzjoni ttiha interpretazzjoni koerenti, ma tistax tinjora anki s-sub-aritkolu 2 għax huma jmorru fl-insieme tagħhom.”

 

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend