Joe Biden jisfida lil Trump bi proposta ta’ pjan ekonomiku – One News

Notifiki

Joe Biden jisfida lil Trump bi proposta ta’ pjan ekonomiku

Ir-rival Demokratiku għall-elezzjoni Presidenzjali Amerikana Joe Biden ippreżenta pjan ekonomiku ta’ 700 biljun dollaru sabiex isalva l-ekonomija Amerikana.

Fid-dawl ta’ dan Biden qal li Trump huwa inkompetenti u ma għandu l-ebda pjan ta’ azzjoni sabiex iqajjem fuq saqajh l-ekonomija tal-pajjiż.

Il-pjan li ppreżenta Biden huwa meqjus bħala l-ikbar investiment li qatt sar għall-ekonomija Amerikana mit-Tieni Gwerra Dinjija.

Intant, it-tim ta’ Trump tennew li l-pjan ta’ Biden bl-isem ta’ Build Back Better ser ikun wieħed katastrofiku.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend