18:30- One.com.mt jinsab li l-laqgħat tad-deputati Nazzjonalisti ntemmew.
17:53- Id-Deputat Claudio Grech deher ħiereġ mill-Palazz ta’ Sant’ Anton.
16:48– Id-Deputat Claudio Grech jasal il-Palazz ta’ Sant’Anton għal laqgħa mal-President.
16:31- Id-Deputat Mario Galea deher dieħel il-palazz. Ftit qablu daħal ukoll il-Viċi Kap Nazzjonalista David Agius.
Aktar kmieni
Tul il-jum akar Deputati Nazzjonalisti komplew jiltaqgħu mal-President ta’ Malta George Vella fid-dawl tal-kriżi li ħakmet il-kamp tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista. Dawn il-laqgħat mal-President Vella bdew ilbieraħ hekk kif sar magħruf li Therese Commodini Cachia qed tkun proponuta bħala Kap tal-Oppożizzjoni minflok Adrian Delia.
Fost id-Deputat msejħa l-Ġimgħa kien hemm Therese Commodini Cachia u Karol Aquilina. Barra l-palazz kien hemm ukoll l-esponent tal-fazzjoni tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil, Godfrey Leone Ganado.
Kull laqgħa damet biss ftit tal-minuti.