Illiberat wara li ġie mixli li darab raġel – One News

Notifiki

Illiberat wara li ġie mixli li darab raġel

Shaun Demicoli kien mixli li darab b’mod gravi lil Riadh Mrad mit-Tuneżija, u li poġġielu ħajtu f’periklu waqt festin tal-Karinival privat f’Birżebbuġa lura fl-2014.

Mrad stqarr li hu qala’ daqqiet f’sidru u f’wiċċu meta kien mal-art.

Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit qalet li l-filmati miġbuda minn kameras tas-sigurtà mhumiex ċari u għalhekk kellha toqgħod fuq il-kumplament tal-evidenza.

Fil-Qorti ntqal li l-allegat vittma kien xurban u stenna lill-akkużat barra wara li tkeċċa mill-festin. Aċċennat ukoll li minkejja li Mrad qal li ma jiftakrax dak li ġara, ma ċaħadx dak li ntqal fuqu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend