Fiduċja mill-istituzzjonijiet finanzjarji fil-Gvern hekk kif offrew ferm iżjed minn dak mitlub f’xiri ta’ stocks – One News

Notifiki

Fiduċja mill-istituzzjonijiet finanzjarji fil-Gvern hekk kif offrew ferm iżjed minn dak mitlub f’xiri ta’ stocks

Għat-tielet darba konsekuttiva istituzzjonijiet finanzjarji lokali u barranin urew ix-xewqa li jixtru ferm aktar mill-ammont li l-Gvern offra bħala stocks.

Filfatt l-ammont ta’ mija u ħamsin miljun ewro li l-Gvern offra ma kienx biss mixtri, iżda l-istituzzjonijiet offrew ħames mija, sitta u għoxrin miljun u tliet mitt elf ewro oħra. Dan juri fiduċja kbir fil-Gvern, mill-istituzzjonijiet finanzjarji.

Fi stqarrija l-Gvern spjega li dan l-ammont huwa rekord u bla preċedent meta mqabbel ma’ dak offrut f’April u f’Mejju biex f’temp ta’ erba’ xhur kienu offruti aktar minn biljun ewro lill-Gvern.

Il-gvern żied ifakkar li bħalissa qed jissellef biss mingħand istituzzjonijiet finanzjarji, iżda fix-xhur li ġejjin mistennija jsiru offerti ta’ stocks tal-gvern lil persuni privati. L-ewwel li se jgawdu minn dan se jkunu l-pensjonanti li se jingħataw l-aqwa rata ta’ imgħax li tista’ tinkiseb fis-suq.

  Intant fi tweet, il-Prim Ministru Robert Abela esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal din l-aħbar li turi fiduċja mill-istituzzjonijiet fil-Gvern.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend