Therese Comodini Cachia għall-Kap tal-Oppożizzjoni wara li Claudio Grech irrifjuta li jidħol f’din il-konfużjoni – One News

Notifiki

Therese Comodini Cachia għall-Kap tal-Oppożizzjoni wara li Claudio Grech irrifjuta li jidħol f’din il-konfużjoni

Deputati li sfiduċjaw lil Adrian Delia sejrin għand il-President ta’ Malta fil-Palazz ta’ Sant’Anton bl-isem ta’ Therese Comodini Cachia biex tkun il-Kap tal-Oppożizzjoni l-ġdid.

Il-fazzjoni ta’ Simon Busuttil li sfiduċjat lil Adrian Delia minn Kap Nazzjonalista, bħalissa tinsab f’konfużjoni u f’paniku hekk kif riedet isem ieħor.

Dan wara li Claudio Grech, li kien qed jissemma għall-Kap tal-Opożizzjoni, irrifjuta li jidħol f’din il-konfużjoni sħiħa.

Is-sorsi tagħna qalu li Claudio Grech ried li jsir Kap Nazzjonalista iżda b’Adrian Delia mhux lest li jwarrab minn kap tal-partit, Grech daqq l-irtirata u qal lid-deputati li huwa jrid karriera politika fit-tul u mhux jinħaraq mal-ewwel issa.

B’hekk sorsi qrib il-fazzjoni ta’ Simon Busuttil qalulna li fl-aħħar sigħat, id-deputati li sfiduċjaw lil Delia kienu f’ġirja kontra l-ħin u finalment qablu li tkun Comodini Cachia li tmexxi l-maġġoranza tal-membri tal-Oppożizzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend