BIL-FILMAT: Robert Arrigo jgħid li d-deputati li sfiduċjaw lil Delia għandhom jirriżenjaw mill-PN – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Robert Arrigo jgħid li d-deputati li sfiduċjaw lil Delia għandhom jirriżenjaw mill-PN

Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Robert Arrigo talab għar-riżenja tad-deputati Nazzjonalisti li vvutaw kontra Adrian Delia.

Dan għamlu waqt kummenti li ta lill-midja barra d-Dar Ċentrali l-Ħamis filgħaxija ftit mumenti qabel mal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia indirizza konferenza stampa fejn attakka lill-fazzjoni tal-eks-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil.

B’hekk Arrigo kompla mal-attakk tremend ta’ Adrian Delia, fejn hu ukoll wera l-bieb ta’ barra lid-deputati nazzjonalisti li sfiduċjaw lill-Kap. Huwa stqarr li dawn is-sbatax-il deputat li sfiduċjaw lill-Kap għandhom jerfgħu r-responsabbiltà ta’ għemilhom u jitilqu mill-Partit Nazzjonalista.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

3 Comments

  1. Dan it-taħwid ma marrux jirrspurtawh lil eu metsola, casa u busuttil?? U l-PL mhux immexxijha din il-pantomima tal-pn fl-eu ħalli kulħadd ikun jaf x’pezza drapp fihom tal-pn kollha kemm huma? Kollha kemm huma u mhux dak u l-ieħor. Jien m’għandi simpatija għal ħadd minnhom għax kollha jobogħduna lill-Laburisti.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend