Raġel l-isptar wara li waqa’ ħajt fuqu f’Ħal Għaxaq – One News

Notifiki

Raġel l-isptar wara li waqa’ ħajt fuqu f’Ħal Għaxaq

Raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li waqa’ ħajt fuqu f’sit tal-kostruzzjoni f’Ħal Għaxaq.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn neqsin għoxrin ta’ wara nofshinar fi Triq it-Tumbarella.

Il-Pulizija kkonfermat li fuq il-post immedjatament marret ambulanza b’tim mediku li ħadet lir-raġel l-isptar għal aktar kura.

Il-Kundizzjonijiet tar-raġel għadhom pendenti.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend