Mit-Tnejn li ġej jistgħu jibdew jidħlu l-viżitaturi f’San Vinċenz De Paul – One News

Notifiki

Mit-Tnejn li ġej jistgħu jibdew jidħlu l-viżitaturi f’San Vinċenz De Paul

Minn nhar it-Tnejn 13 ta’ Lulju s-swali ta’ San Vincenz de Paul ser jerġgħu jibdew jilqgħu il-viżitaturi.  Dan hekk kif is-sitwazzjoni tal-Covid-19 fis-swali fil-faċilità għall-Kura fit-Tul tal-istess residenza qed tkun ikkontrollata b’mod effettiv.

Sa issa l-viżitaturi kienu qed jitħallew jiltaqgħu mal-anzjani tagħhom minn wara l-perpex biss iżda mill-bidu tal-ġmgħa d-dieħla s-swali ta’ San Vincenz de Paul ser jinfetħu għall-viżitaturi bejn l-għaxra u nofs ta’ filgħodu u nofsinhar, u bejn l-erbgħa u s-sebgħa ta’ filgħaxija.  Il-viżitaturi se jkunu aċċettati fis-swali bl-appuntament li jrid isir mal-Customer Care tar-Residenza bejn it-tmienja ta’ filgħodu u l-ħamsa ta’ filgħaxija.

 Għal-kull appuntament ser ikunu aċċettati sa żewġ viżitaturi biss filwaqt li kull viżitatur irid jidħol bil-maskra jew visor.  Wieħed ser ikun mitlub ukoll biex jippreżenta l-karta tal-identità fil-bieb prinċipali. Dan filwaqt li ser tkun qed titkejjel t-temperatura tal-ġisem kull viżitatur.

Dan filwaqt li se jibqa’ jiġi offrut is-shuttle service u l-viżitaturi se jitħallew jidħlu bil-karozza f’San Vincenz de Paule biex l-viżitaturi ma jgħaddux minn sala għall-oħra biex jaslu fis-sala fejn hemm il-pazjent li jridu jżuru.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend